Is-CD "In-Natura"

Kanzunetti minn Josephine

Il-vidjow

Melodious Rhymes of Love video now out

Il-Bidu

Ritratti mill-Maghmudija s'issa

Programmi fuq it-TV

Gwida

kollha kanzunetta li kitbet Josephine Ebejer Grech

Photoalbum

Kanzunetti minn Josephine


http://www.josephineebejergrech.com


DAN L-ARTIKLU IKOMPLI MILL-EWWEL PAGNA IMSEJJHA "HOME PAGE".

Fost festivals li fihom kienet tiehu sehem nistghu nsemmu l-festival "Ilhna Novelli" li kien isir fiz-Zejtun fejn rebhet darbtejn, Festival ta San Pawl li kien isir fil-katidral ta San Pawl il-Belt, Festival tal-Gharb li kien isir gewwa Ghawdex, Festival tad-Drydocks fejn rebhet erbgha darbiet u Festivals tal- B.S. Productions fejn tawha l-opportunitajiet li tmur it-Tunizija. L-aktar festivals li ghamlulha success meta kibret huma: Festival Kanzunetta ghall-Grecja fejn ippartecipat mal-kantanti godda u kklassifikat it-tieni, Festival Diska tad-Deheb fejn ikklassifikat it-tieni wkoll, u l-festival "Fl-Ghaqda l-Melodija" fejn rebhet l-ahjar interpretazzjoni fost kantanti stabbiliti li hadu sehem fih bhal Phylissianne Brincat, Adelina Attard, Augusto Cardinali u Joe Demicoli, Herman Bonaci u ohrajn. Fl-istess festival Josephine rebhet ukoll l-ewwel post bil-kanzunetta "Fis-Smewwiet" ta' Martin Attard.



Josephine ma haditx sehem biss festivals pero musicals, rock operas u operetti wkoll. Hi baqghet tistudja il-vuci ghand Bice Conti, u wara ghand Mari Theres Vassallo. S'issa kellha numru konsiderevoli ta' kanzunetti irrekordjati. Ta sikwit meta kienet tkun mistiedna tkanta f xi lejla sajfija f'lokalitajiet differenti, kien ikun hemm nies li jistaqsuha biex jixtru kasett jew CD taghha. Dan hajjarha biex tazghel xi kanzunetti u tigborhom f' CD. Dan is-CD sar kien qieghed ghall-bejgh minghand D'Amato, The Music Club, Clamus fil-belt Valletta, u Rainbow B'Bugia. Pero' malajr inbieghu l-kopji kollha. Il-lista ta kanzunetti li jinsabu fuq dan is-CD huma:


Fis-Smewwiet - Martin Attard
Ahna l-Futur - Gorg Saliba u Augusto Cardinale
Destin - Doris Baldacchino u Remigio Cassar
L-Ilsien tal-Maltin - Chris Azzopardi u Augusto Cardinale
Kundanna - Doris Baldacchino u Remigio Cassar
Li Kieku Jiena Nista' - Martin Attard
It-Tfal - Martin Attard
Ahna min Ahna? - Martin Attard
I Will Always Love You - cover version
I Will Survive - cover version
Without You - cover version
Kieku Taf Ghalfejn - Eric Ace


Pero aktar ma jghaddi z-zmien, aktar beda jsir difficli biex tlahhaq ma dan il-passatemp u l-istudju taghha. Infatti meta bdiet l-Universita' Josephine kellha taghzel li tikkoncentra aktar fuq l-istuju u f'dan il-perjodu ta zmien ma setghetx tkompli tippartecipa f'konkorsi bhal ma kienet qabel. Izda, dejjem baqghet ix-xewqa fiha li meta tigradwa, terga' tibda tkanta u tistudja l-muzika. Ghalhekk wara Josephine kompliet tistudja l-pjanu. Bdiet tikteb ukoll xi kanzuenetti hi stess u regghet bdiet tinvolvi ruhha fil-qasam tal-kant.


Mill-1986 hawn ghaddew 15-il sena u Josephine ghaddiet minn hafna esperjenzi sbieh u anqas sbieh fil-qasam tal-muzika. Hi thoss li l-muzika hija parti ewlenija minn hajjitha li minghajrha l-hajja tkun nieqsa mill-kuluri. Ghalhekk, se tibqa thares il-quddiem u tistudja f dan il-qasam.

Is-sena l-ohra kellha l-opportunita' ssegwi 3 korsijiet fil-qasam tal-media taht it-tmexxija tas-Sur David Agius. Minn dawn il-korsijiet tghallmet hafna u akkwistat 3 certifikati. Bdiet tahdem fil-qasam tat-TV u wara fir-radju wkoll. Hadmet kemm fuq Max Plus, Education 22, TVM, u Net TV.  Aktar tard ghamlet xi korsijiet ohra li huma "L-Etika fil-Media", "Broadcasting Tools in Focus", "A Modern Approach to Multimedia Education and Broadcasting" u "Video Editing".

Ricentement Josephine irrekordjat kollezzjoni ta' kanzunetti religjuzi hafna minnhom iddedikati lill-Madonna.  Dan minhabba d-devozzjoni li ghandha lejha.  Peress li twieldet u ghexet f'Marsaxlokk fejn il-padruna hija l-Madonna tar-Ruzarju ta' Pompei, Josephine hasbet biex taghmel dawn il-kollezzjoni ta' kanzunetti.

Kollezzjoni ta' kanzunetti ddedikati lill-Madonna "Kewkba Matutina" 

  1. 1.Ave Maria - cover version - Schubert
  2. La Novia (bil-Malti) - cover version
  3. Si Levi - cover version - arrangementi muzikali - Josephine Ebejer Grech
  4. Sliem Ghalik Marija - Ave Maria bil-Malti - Schubert - arrangementi muzikali - Josephine Ebejer Grech
  5. Innu lill-Madonna tar-Ruzarju ta’ Marsaxlokk - kliem Dun Alfred Xuereb, Muzika Mro Barbara, Arrangamenti muzikali - Josephine Ebejer Grech
  6. Kewkba Matutina - kliem u muzika Josephine Ebejer Grech - arrangementi muzikali - Josephine Ebejer Grech
  7. Litanija lill-Madonna - kliem u muzika Josephine Ebejer Grech - arrangementi muzikali - Josephine Ebejer Grech
  8. Ismaghha l-Ghanja - cover version - arrangementi muzikali - Josephine Ebejer Grech
  9. Fil-Hlewwa ta’ Mejju - cover version - arrangementi muzikali - Josephine Ebejer Grech
  10. Ahna l-Bnedmin - kliem Josephine Ebejer Grech muzika “We are the World”
  11. Heal the World - cover version
  12. Innu lill-Madonna tar-Ruzarju ta’ Marsaxlokk - verzjoni qasira
  13. Talba minn Esmeralda - cover version mill-'musical' "Il-Hotbi ta' Notre Dame" - kliem bil-Malti ta' Josephine Ebejer Grech - arrangamenti muzikali ta' Josephine Ebejer Grech

N.B.  Din il-kollezzjoni ma hargitx ghall-bejgh fuq CD professjonali.  Izda huwa wiehed mill-pjanijiet li ghandha f'mohhha Josephine li wara li tohrog il-vidjow u s-CD "Melodious Rhymes of Love", tahdem biex tohrog din is-CD ghall-bejgh b'mod professjonali, bl-ghajnuna tal-Madonna (u jekk issib l-ghajnuna ta' xi sponsor! ! ! )

Peress li Josephine hija ghalliema tal-Biologija u ghandha ghal qalbha l-ekologija, hasbet biex tohrog sett ta' 10 kanzunetti edukattivi u divertenti ghat-tfal biex jitghallmu dwar in-natura Maltija.  Din is-CD fiha:

1.  In-Natura

2.  Hbieb Taghna fil-Kampanja

3.  Il-Bahar

4.  Il-Haxixa Ngliza

5.  Il-Ballottra

6.  Il-Merill

7.  Is-Sigra ta' l-Gharghar

8.  Widnet il-Bahar

9.  Il-Qabru

10.  Il-Pitirross




Meta pproduciet u pprezentat il-programm tat-tfal "Kabu'" fuq Education 22 bejn l-2005 -2006, Josephine irrekordjat 30 kanzunetta ghat-tfal.


Izda s-CD li se tohrog f'Ottubru 2006 hija "Melodious Rhymes of Love".  Din fiha 22 kanzunetta originali ta' diversi kompozituri u awturi.  Min jixtri din is-CD jkollu ammont sabih ta' kanzunetti li Josephine interpretat matul is-snin.  Il-lista tal-kanzunetti huma kif jidhru fuq il-karta ta' wara kif tidher hawn taht.




josephin@onvol.net

Is-CD "Melodious Rhymes of Love" harget f'Ottubru 2006 flimkien mal-vidjow muzikali tal-istess kanzunetta "Melodious Rhymes of Love".  Biex tisma' l-kanzunetta u kanzunetta ohra minn dan is-CD, mur http://www.josephineebejergrech.com

 

Fl-2008 Josephine ghamlet DVD bi 23 kanzunetta tat-tfal bi stampi sbieh u l-kliem tal-kanzunetta hi u titkanta biex it-tfal ikunu jistghu jkantaw mal-kanzunetti filwaqt li jsegwu fuq l-iskrijns taghhom tat-TV (permezz tad-DVD).








Grazzi mill-qalb lil:

Exclamation Boutique - Paola & Birkirkara

Highlight Zone - Tarxien

Giovanna Grech - hjata

Aron Tanti - Ritratti

Silvio Catania (B.S. Productions) - direttur tal-vidjow "Melodious Rhymes of Love"

"Il-Kastell" Wine Bar - Hal-Tarxien - main sponsor ghal-launching tal-vidjow u s-CD.